Agħlaq
#EU4Citizens mt

It-tisħiħ tal-parteċipazzjoni demokratika, l-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini u t-trawwim tal-inklużjoni taċ-ċittadini fl-UE

Id-demokraziji jiddependu fuq il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini tagħhom.  Iċ-ċittadini tal-UE qed isiru dejjem aktar konxji tad-drittijiet mogħtija lilhom miċ-ċittadinanza tal-UE, u qed jużawhom. Pereżempju, qed jagħmlu użu dejjem akbar mid-drittijiet elettorali tagħhom.

>80%

taċ-ċittadini tal-UE jafu d-drittijiet tagħhom taċ-ċittadinanza tal-UE.

taċ-ċittadini tal-UE jafu d-drittijiet tagħhom taċ-ċittadinanza tal-UE.
+5 p.p.

żieda fil-parteċipazzjoni fl-elezzjoni għall-parlament tal-UE tal-2019 mill-2004. Il-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet tal-2019 għall-Parlament Ewropew laħqet l-ogħla livell f’25 sena, xprunata minn votanti żgħażagħ u dawk li vvutaw għall-ewwel darba u żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa.

Madankollu, iċ-ċittadini tal-UE jemmnu li għandu jsir aktar biex jiġu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom taċ-ċittadinanza tal-UE, pereżempju, permezz ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni.

>60%

taċ-ċittadini tal-UE jaħsbu li mhux qed isir biżżejjed biex jiġu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom taċ-ċittadinanza tal-UE skont il-Konsultazzjoni Pubblika dwar id-Drittijiet taċ-Ċittadinanza tal-UE 2020.

Sabiex issaħħaħ id-demokrazija, l-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini u l-integrazzjoni tagħhom, il-Kummissjoni Ewropea se tieħu l-azzjonijiet li ġejjin:

Faċilitar tal-eżerċitar tal-moviment liberu u simplifikazzjoni tal-ħajja ta’ kuljum

Il-libertà tal-moviment, li tippermetti lil kwalunkwe ċittadin tal-UE li jgħix, jaħdem jew jistudja fi kwalunkwe Stat Membru, hija d-dritt li huwa l-aktar għażiż għaċ-ċittadini tal-UE.

13.3M

stima tan-numru ta’ ċittadini tal-UE li eżerċitaw dan id-dritt u marru jgħixu fi Stat Membru ieħor.

stima tan-numru ta’ ċittadini tal-UE li eżerċitaw dan id-dritt u marru jgħixu fi Stat Membru ieħor.
20%

minn dawk li wieġbu għall-Konsultazzjoni Pubblika dwar id-Drittijiet taċ-Ċittadinanza tal-UE 2020 kienu jgħixu fi Stat Membru wieħed u jaħdmu f’ieħor.

minn dawk li wieġbu għall-Konsultazzjoni Pubblika dwar id-Drittijiet taċ-Ċittadinanza tal-UE 2020 kienu jgħixu fi Stat Membru wieħed u jaħdmu f’ieħor.
>80%

taċ-ċittadini tal-UE kienu jaħsbu li l-moviment liberu fi ħdan l-UE jġib benefiċċji ġenerali għall-ekonomija ta’ pajjiżhom.

taċ-ċittadini tal-UE kienu jaħsbu li l-moviment liberu fi ħdan l-UE jġib benefiċċji ġenerali għall-ekonomija ta’ pajjiżhom.
3.7M

stima taċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit. Brexit kellha impatt sinifikanti fuq dawn iċ-ċittadini tal-UE.

stima taċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit. Brexit kellha impatt sinifikanti fuq dawn iċ-ċittadini tal-UE.

Madankollu, li wieħed imur jgħix f’pajjiż ieħor xorta jista’ jinvolvi għadd ta’ sfidi legali u amministrattivi. Il-Kummissjoni Ewropea tappoġġa lill-Istati Membri u liċ-ċittadini tal-UE fl-indirizzar ta’ dawn il-kwistjonijiet billi tieħu l-azzjonijiet li ġejjin:

Trid issir taf aktar dwar il-moviment liberu?

Protezzjoni u promozzjoni taċ-ċittadinanza tal-UE

Iċ-ċittadinanza tal-UE u d-drittijiet assoċjati tagħha huma simbolu tal-identità Ewropea kondiviża tagħna u l-għarfien li lkoll nappartjenu għal komunità bbażata fuq il-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet fundamentali.

Il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-valuri u tal-integrità taċ-ċittadinanza tal-UE huma ta’ importanza kbira – dan jinkludi l-iżgurar li ċ-ċittadinanza ma tiġix imminata jew li d-drittijiet ma jkunux ristretti.

37%

taċ-ċittadini tal-UE jħossuhom infurmati dwar x’jistgħu jagħmlu meta d-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-UE ma jiġux irrispettati.

taċ-ċittadini tal-UE jħossuhom infurmati dwar x’jistgħu jagħmlu meta d-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-UE ma jiġux irrispettati.
+10M

persuna pparteċipaw f’Erasmus+ (u l-programmi predeċessuri tiegħu) matul l-aħħar 3 deċennji. Dan il-programm għandu rwol importanti fil-promozzjoni taċ-ċittadinanza u tal-valuri komuni tal-UE.

persuna pparteċipaw f’Erasmus+ (u l-programmi predeċessuri tiegħu) matul l-aħħar 3 deċennji. Dan il-programm għandu rwol importanti fil-promozzjoni taċ-ċittadinanza u tal-valuri komuni tal-UE.

Il-Kummissjoni Ewropea se tieħu l-azzjonijiet li ġejjin biex tippromwovi u tipproteġi ċ-ċittadinanza tal-UE:

Protezzjoni taċ-ċittadini tal-UE fl-Ewropa u f’pajjiżi barranin, inkluż fi żminijiet ta’ kriżi/ emerġenza

Il-pandemija tal-COVID-19 affettwat lill-Ewropej b’modi differenti u enfasizzat u aggravat l-inugwaljanzi eżistenti fis-soċjetà tagħna. Il-pandemija tal-COVID-19 enfasizzat ukoll il-valur tas-solidarjetà fost l-Istati Membri u ċ-ċittadini.

7M

ċittadin tal-UE jivvjaġġaw lejn jew jgħixu f’pajjiżi fejn ma għandhomx aċċess għall-protezzjoni konsulari pprovduta mill-pajjiż ta’ oriġini tagħhom.

ċittadin tal-UE jivvjaġġaw lejn jew jgħixu f’pajjiżi fejn ma għandhomx aċċess għall-protezzjoni konsulari pprovduta mill-pajjiż ta’ oriġini tagħhom.
~90%

ta’ dawk li wieġbu għall-Konsultazzjoni Pubblika dwar id-Drittijiet taċ-Ċittadinanza tal-UE 2020 indikaw li d-delegazzjonijiet tal-UE għandhom jieħdu rwol aktar attiv fl-assistenza liċ-ċittadini tal-UE mhux rappreżentati.

+600

elf ċittadin Ewropew affettwati mir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar minħabba l-COVID-19 inġiebu lura f’pajjiżhom fi sforz ta’ koordinazzjoni bla preċedent tal-UE u tal-Istati Membri tagħha.

elf ċittadin Ewropew affettwati mir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar minħabba l-COVID-19 inġiebu lura f’pajjiżhom fi sforz ta’ koordinazzjoni bla preċedent tal-UE u tal-Istati Membri tagħha.
70%

ta’ dawk li wieġbu għall-Konsultazzjoni Pubblika dwar id-Drittijiet taċ-Ċittadinanza tal-UE 2020 setgħu jsibu l-informazzjoni li kellhom bżonn dwar il-pandemija permezz tal-istituzzjonijiet nazzjonali u tal-UE, jew permezz tal-midja.

Il-Kummissjoni Ewropea se tieħu l-azzjonijiet li ġejjin: